Lejn it-twaqqif tal-Awtorità dwar l-Iżvilupp Reġjonali għal Għawdex | One News

Notifiki

Lejn it-twaqqif tal-Awtorità dwar l-Iżvilupp Reġjonali għal Għawdex

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana preżentat mozzjoni fil-Parlament għall-ewwel qari tal-abbozz tal-liġi għat-twaqqif tal-Awtorità dwar l-Iżvilupp Reġjonali għal Għawdex.

Dan hu l-ewwel pass għall-implimentzzjoni ta’ wegħda elettorali oħra ta’ dan il-gvern. Din l-awtorità se titwaqqf b’att parlamentari wara li dan l-istess abbozz se jigi preżentat għall-konsultazzjoni mal-partijiet interessati u l-pubbliku inġenerali u ssir id-diskussjoni fil-Parlament.

L-Awtorità dwar l-Iżvilupp Reġjonali għal Għawdex se tkun responsabbli mill-implimentazzjoni u mill-aġġornament tal-istrateġija dwar l-iżvilupp reġjonali għal Għawdex u se tkun tinkludi rappreżentanza minn entitajiet varji Għawdxin.

Fil-jiem li ġejjin, il-Ministru għal Għawdex se tkun qed tħabbar id-dati u informazzjoni relatata biex jibda l-proċess ta’ konsultazjoni pubblika.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend