L-eks Prim Ministru Malasjan akkużat b'korruzzjoni | One News

Notifiki

L-eks Prim Ministru Malasjan akkużat b’korruzzjoni

L-eks Prim Ministru tal-Malasja, Najib Razak qed ikun akkużat b’korruzzjoni.

Huwa qed jaffaċċja fost oħrajn l-akkuża li daħħal f’butu seba’ mitt miljun dollaru mill-fond ta’ żvilupp tal-gvern, li waqqaf hu stess.

L-investigazzjoni bdiet propju wara li tilef l-elezzjoni, lura f’Mejju li għadda.

Najib Razak ġie arrestat it-Tlieta, mill-awtoritajiet kontra l-korruzzjoni.

F’filmat li xxandar fuq Twitter, jum qabel ġie arrestat, huwa appella lill-pubbliku biex ma jemminx ir-rapporti għax mhux l-akkużi kollha huma veritiera.

L-akkużi kontrieh jistgħu jwassluh għal massimu ta’ għoxrin sena ħabs.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend