IL-Van Demolition Derby 2018 nhar is-sibt li ġej | One News

Notifiki

IL-Van Demolition Derby 2018 nhar is-sibt li ġej

Nhar il-Sibt li ġej 7 ta’ Lulju 2018 l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi se torganizza l-aħħar attività tal-istaġun 2017/2018 qabel il-waqfa tas-sajf. Is-Sezzjoni Autocross tal-ASMK se torganizza it-tnax u l-aħħar attività mill-Kampjonat Nazzjonali ASMK Pasta Poiatti 2017/2018 bl-attivita tibda fis-6pm. Din ser tkun attività speċjali oħra bil-parteċipazzjoni tal-Għawċin kif ukoll il-programm ser ikun qed jgħalaq bid-Demolition Derby tal-Vannijiet. Id-Demolition tibda 11.00pm.

It-talba lil-Assoċjazzjoni biex terġa’ tibda torganizza id-Demolition tal-Vanijiet saret fl-aħħar tat-2017 u għal din l-edizzjoni irregistraw 13 il-sewwieq fuq vetturi bhall Toyota Liteace, Ford Transit, Tata Sierra, Fiat Ducati, Peugeot Boxer,Tata Safari, Tata Delcia, Mercedes Vito fost oħrajn.

Ħarsa lejn il-klassifika Autocross fejn fil-Kampjonat Nazzjonali ASMK Pasta Poiatti 2017/2018 kollox għadu indeċiz fiż-żewġ klassijiet rispettivi kemm dik Modified u dik Standard. Fil-Klassi Modfied għadna qed naraw taqtiegħa bejn Vince Farrugia fuq Volkswagen Polo li bħalissa jinsab fil-quċċata ta din il-klassifika b’221 punt u Karl Micallef fuq Ford Fiesta b’208 punt. Ma’ Farrugia u Micallef jista’ jkun hemm ukoll Jean Paul Grech fuq Peugeot 106 u Noel Zammit fuq Fiat Punto li jinsabu fit-tielet pozizjoni f’din il-klassifika b’197 punt kull wieħed.

Fil-Klassi Standard ukoll għad hemm taqtiegħa bejn Nicovich Chircop fuq Peugeot 106 u Deane Farrugia fuq Citroen AX. Minkejja li Farrugia bħalissa huwa sospiż fuq każ li kellu iktar kmieni dan l-istaġun dan akkumola biżżejjed punti biex għadu biċ-ċans li jirbaħ dan it-titlu mingħajr ma jikkompeti fl-aħħar attività. Din ser tkun sfida interessanti għal Chircop fejn jekk jirnexielu jirbaħ din l-attività tas-Sibt li ġej jiġi ddikjarat rebbieħ għal l-ewwel darba. Il-Klassifika bħalissa turi lil Farrguia fil-quċċata b’64 punt segwit min Chircop b’56 punt.

Intant nhar is-Sibt li għadda 30 ta’ Ġunju 2018 l-Assoċjazzjoni organizzat l-aħħar attivita bil-muturi Trials mill-Kampjonat Nazzjonali ASMK Pasta Poiatti 2017/2018 fejn kellna dawn ir-rizultati. Fi Klassi A rajna lil Damon Bonello fuq mutur Gas Gas jerġa’ jirbaħ u kien segwit min Rowen Bonello fuq mutur Beta.

Mil-Klassi B rajna lil Isaac Scicluna fuq mutur Beta jirbaħ din il-klassi segwit min Dion Micallef fuq mutur Beta. Fil-Klassi Juniors li tilqa fija t-tfal rajna lil Julian Scicluna fuq mutur Beta jirbaħ din il-klassi.

Intant wara din l-attività l-Assoċjazzjoni onorat Ċampjins tal-Kampjonat Nazzjonali Trials 2017/2018 fejn il-klassi A għal darbaoħra rajna lil Damon Bonello jerġa jiġi ddikjarat Ċampjin. Fi Klassi B Dion Micallef fuq mutur Beta ġie ddikjarat għall-ewwel darba bħal rebbieħ f’din il-Klassi Overall filwaqt li mill-kategorija ta’ tfal Klassi Juniors Julian Scicluna kien dikjarat rebbieħ f’din il-klassi Overall. Jaden Abela spiċċa Runner Up.

Ritratti ta’ Mario Micallef

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend