Ġuvni ta' 17-il sena jinstab bla ħajja f'Delimara | One News

Notifiki

Ġuvni ta’ 17-il sena jinstab bla ħajja f’Delimara

Ġuvni Spanjol ta sbatax-il sena instab mejjet wara li l-bieraħ filgħaxija intilef fl-ilma waqt li kien qed jgħum ma’ sħabu fl-akwati ta St Peter’s Pool f’Delimara.

Dan ġara għall-ħabta tas-19.20.

Immedjatament fuq il-post issejħet l-assistenza tal-Protezzjoni Ċivili u-Forzi Armati sabiex bdiet tfittxija għall-ġuvni. Wara lejl ta’ tfittxijiet fuq il-baħar u mill-ajru fejn anke waqfu t-tfittxijiet matul il-lejl u tkomplew dalgħodu għall-ħabta tat-8.00, il-ġuvni instab bla ħajja kmieni l-Erbgħa filgħodu.

Għal xi mumenti preżenti fuq il-post kien hemm ukoll l-Ambaxxatur Spanjol.

Sorsi qalulna li l-ġuvni ntilef bejn il-ħinijiet tal-erbgħa u s-sebgħa tal-bieraħ filgħaxija wara li nqata’ minn mal-grupp u ma rritornax lura u kien hawn fejn sħabu għamlu rapport lill-pulizija.

Infetħet inkjesta dwar il-każ mill-Maġistrat tal-Għassa Dr C. Stafrace Żammit li ħatret diversi esperti biex jassistuha.

L-investigazzjoni tal-pulizija għadha għaddejja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend