ARA: 5 NGOs jingħataw għajnuna mill-Ministeru għall-affarijiet barranin | One News

Notifiki

ARA: 5 NGOs jingħataw għajnuna mill-Ministeru għall-affarijiet barranin

5 NGOs ingħataw għajnuna mill-Ministeru għall-affarijiet barranin sabiex itelgħu proġetti fi pajjiżi li qed jiżvillupaw fl-Afrika.

B’kollox 172,201 ewro inghataw lil NGOs mill-Ministeru.

Fost dawn l-NGOs hemm St. Jeanne Antide Foundation ingħatat 6,000 ewro sabiex jipprovdu l-għodod liż-żgħażagħ fil-Malawi sabiex jitħarġu fis-sengħa ta’ mastrudaxxa.

Filwaqt li Ghana Mission Foundation inghataw 60,000 ewro sabiex jagħmlu sala tal-maternità u tfal fi sptar li infetaħ bil-ġenerozita tal-maltin fil-Ghana.

Il-Ministru Carmelo Abela tkellem dwar l-importanza ta’ dawn il-fondi li se jagħmlu differenza f’għadd ta’ familji barra minn xtutna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend