ARA: 1,800 persuna b'diżabilità jgawdu minn testijiet b'xejn | One News

Notifiki

ARA: 1,800 persuna b’diżabilità jgawdu minn testijiet b’xejn

Mal-elf u tmien mitt tifel u tifla b’diżabilità qegħdin igawdu minn għadd ta’ testijiet mediċi li qegġdin isirulhom taħt saqaf wieħed fil-kumpless sportiv tal-Imsida.

Dan bħala parti mill-inizjattiva Healty Communities Screening. Idea li nibtet u bdiet tiġi implimentata sitt snin ilu mill-Kumitat Malti għall-Olimpijadi Speċjali.

Is-servizzi qegħdin jingħataw mid-dipartimenti tad-dentistrija, il-podoloġija u fiżjoterapija. Tlett oqsma li t-tfal ikollhom problemi bihom iżda ma jkunux jistgħu jesprimuhom minħabba problemi ta’ komunikazzjoni li ġġorr magħha d-diżabilità.

ONE News tkellem mal-podoloġista Omar Schembri li qed joffri s-servizzi tiegħu li stqarr li dawn l-attivitajiet huma importanti ħafna għax qegħdin jagħtu leħen lil tfal li ma jistgħux jesprimu l-weġgħat tagħhom.

Josette Axisa, omm Ryan Axisa, atleta tal-olimpijadi speċjali stqarret ma’ ONE News li din l-opportunità hi esperjenza pożittiva li permezz tagħha binha jista jintegra mat-tobba u ma jibqax jibża’ minn xi żjara għand it-tabib.

Dawn it-tfal qed jingħataw ktejjeb li fih se jkollhom dokumentat dwar kollu li analizzaw it-tobba tul dan il-proċess ta’ moniteraġġ. Dan il-ktejjeb se jservi ta’ dokument li jistgħu iġorru magħhom bħala l-istorja medika tagħhom meta jżuru t-tobba privati tagħhom.

Is-Sinjura Michelle Muscat żaret il-kumpless fejn esprimiet il-gratitudni tagħha għal dak li qed jagħmlu l-professjonisti ma’ dawn it-tfal. Bħala l-President tal-Malta Special Olympics Commitee is-Sinjura Muscat stqarret li din l-inizjattiva hi ħolqa f’katina ta’ inizjattivi li jservu ta’ leħen u ta’ għajnuna għal dawn it-tfal.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend