Neil Frendo viċin li jingħaqad ma' Balzan FC | One News

Notifiki

Neil Frendo viċin li jingħaqad ma’ Balzan FC

ONE Sport jinsab infurmat li Balzan FC laħqu ftehim ma’ Mosta FC sabiex jakkwistaw lill-midfielder zagħzugħ Neil Frendo. Frendo huwa meqjus bħala wiehed mill-aktar zagħzagħ promettenti tal-futbol Malti fejn matul l-istaġun li għadda kien parti importanti fit-tim li kien immexxi minn Johann Sciclina.

It-tmexxija ta’ Balzan FC jidher li bidlet l-idea tat-tip ta’ plejers li jiġu akkwistati mill-klabb u minflok plejers stabbiliti issa qed jippruvaw jakkwistaw zagħzagħ li għandhom potenzjal.

Jekk Frendo jingħaqad ma’ Balzan FC, allura dan ikun it-tielet akkwist tagħhom s’issa wara l-akkwisti tal-goalkeeper Steve Sultana u l-midfielder Dale Camilleri.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend