L-ewwel suċċessi għall-proġett BEJTA | One News

L-ewwel suċċessi għall-proġett BEJTA

L-għaqda non-governattiva Kaċċaturi San Ubertu qed jinstallaw 400 bejta artifiċjali f’Malta u Għawdex.

Dan il-proġett imsejjaħ BEJTA li beda fil-bidu ta’ din is-sena, huwa ko-finanzjat mill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima taħt il-Conservation of Wild Birds Fund 2017. Il-proġett li huwa taht il-patroċinju tal-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca qed iwassal għal konservazzjoni ta’ bosta għasafar. Filfatt, gew mħabbbra l-ewwel tlett bejtiet taż-Żanżarell tat-tikki f’Malta ġo bejtiet artifiċjali fejn ġew osservati erbat ifrieħ. S’issa l-għaqda waħlet madwar mitejn bejta artifiċjali fi skejjel u postijiet pubbliċi.

Il-President tal-KSU, Mark Mifsud Bonnici qal li b’dan il-proġett u oħrajn edukattivi u ta’ tħawwil tas-siġar, in-nies jindunaw li mhux kull kaċċatur huwa wieħed li jeqred u li ma josservax il-liġi. Il-maġġoranza huma kaċċaturi li ilhom jagħmlu xogħol ta’ konservazzjoni fl-ambjent.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend