Rodney Gatt jikkwalifika għall-Kampjonat Dinji | One News

Notifiki

Rodney Gatt jikkwalifika għall-Kampjonat Dinji

Rodney Gatt, għalkemm ma kienx wieħed mill-favoriti, irnexxielu jikkwalifika għall-Kampjonat Dinji tas-Sewwieqa professjonali li se jsir fl-Isvezja s-sena d-dieħla.

Gatt kien qed jieħu sehem fil-Kampjonat Ewropew għas-Sewwieqa Professjonali u għalkemm il-polza ma tantx daħqitlu pero ura l-kapaċità tiegħu fejn fost l-għaxar tiġrijiet li saq fil-koros ta’ Bjerke n-Norveġja u Aby l-Isvezja irnexxielu anke joħroġ rebbieħ f’tiġrija.

Wara li fl-ewwel ġurnata huwa kien qed jokkupa d-disa’ post tal-klassifika, fit-tieni ġurnata rnexxielu jirkupra sew tant li spiċċa t-tielet l-aqwa ġerrej tal-ġurnata u b’total ta’ 70 punt ġie ikklassifikat is-sitta fost it-12 li pparteċipaw. Dan fisser li Rodney Gatt is-sena d-dieħla ser ikun qed jikkompeti fil-kampjonat tad-dinja peress li l-ewwel sitta tal-kampjonat Ewropew jikkalifikaw awtomatikament. Magħhom jingħaqdu ir-rebbieħ attwali li huwa l-Kanadiż James MacDonald, rapprezentant ieħor mill-Kanada, l-Awstralja, l-Istati Uniti, New Zealand u l-Isvezja bħala l-organiżżatur tinnomina lil min trid hi speċjalment għax is-sewwieq Svediż ma għaddiex ma l-ewwel sitta.

Dan huwa mument storiku u importanti għat-tiġrijiet lokali. Is-sena l-oħra Noel Baldacchino kien spiċċa fis-sitt post tal-Kampjonat Dinji li sar il-Kanada wara li kien ingħata d-dritt li jipparteċipa għax irtira s-sewwieq Ġermaniż. Din id-darba Rodney Gatt kiseb id-dritt li jipparteċipa peress li għall-ewwel darba sewwieq Malti spiċċa ma l-ewwel sitta fil-klassifika finali tal-Kampjonat Ewropew.

Il-Kampjonat Ewropew intrebaħ mis-sewwieq Franċiż Frank Nivard li rnexxielu jirbaħ 3 tiġrijiet bl-istess punti fit-tieni post spiċċa s-sewwieq Olandiż Rick Ebbinge li pero rebaħ biss tiġrija waħda. It-tielet post mar għand in-Norveġiż Eirik Hoitomt. Jingħaqdu ma dawn it-tlieta u Rodney Gatt għall-kampjonat tad-dinja l-Ġermaniż Michael Nimczyk u l-Finlandiż Mika Forss.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend