Lewandowski mistenni li jibqa' ma' Bayern Munich | One News

Notifiki

Lewandowski mistenni li jibqa’ ma’ Bayern Munich

L-attakkant Pollakk Robert Lewandowski mistenni li jibqa’ jilgħab ma’ Bayern Munich. Dan sostnih il-manager il-ġdid tat-tim Niko Kovac fl-ewwel okkażjoni li kellu sabiex jindirizza lill-midja wara li ħa f’idu t-tmexxija ta’ Bayern minflok Jupp Heynckes.

Huwa mifhum li Lewandowski bidel l-aġent tiegħu sabiex ikun jista’ jisforza trasferiment barra mill-Ġermanja iżda Kovac ikkonferma li diġà tkellem mal-plejer u jinsab ċert li ser jilqa’ l-offerta tiegħu, dik li jibqa’ jilgħab maċ-Champions Ġermanizi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend