19-il persuna mejta wara bomba suwiċida fl-Afganistan | One News

Notifiki

19-il persuna mejta wara bomba suwiċida fl-Afganistan

Bomba suwiċida f’belt fl-Afganistan ħasdet il-ħajja ta’ dsatax il-persuna bil-maġġoranza tagħhom ikunu membri ta’ minorita reliġjuża.

Minn stħarriġ li sar mill-Pulizija rriżulta li l-vittmi kienu fi triqithom biex jiltaqgħu mal-President Ashraf Ghani li qed iżur il-provinċja tagħhom f’dawn il-ġranet.

Fi stqarrija, kelliem għall gvernatur qal li l-bomba ħadet f’triq kummerċjali għal daqstant kkawżat ħafna ħsara fil-ħwienet tal-madwar.

Iktar tard l-Istat Iżlamiku assuma r-responsabilita tal-attak biex hekk ġie kkunsidrat bħala attakk terroristiku li fost il-vittmi ħalla mejjet lill uniku persuna ġejja minn din il-minorita li kien se jikkontesta l-elezzjoni f’Ottubru li ġej.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend