Opinjonisti jirrikonoxxu l-ħidma tal-Prim Ministru fl-aħħar jiem | One News

Notifiki

Opinjonisti jirrikonoxxu l-ħidma tal-Prim Ministru fl-aħħar jiem

 

Filwaqt li rnexxielu jasal għal ftehim u kien uman, il-Prim Ministru Joseph Muscat ħares ukoll l-interess nazzjonali.

Dan meta kien kruċjali biex xpruna lil tmien pajjiżi Ewropej jaqsmu l-piż ma’ Malta u jieħdu bejniethom l-immigranti abbord il-bastiment MV Lifeline.

Biex filwaqt li evita dik li setgħet kienet traġedja umanitarja oħra fil-baħar Mediterran, taffa ħafna mit-tħassib tal-Maltin li pajjiżna ma refax il-piż tal-immigranti waħdu.

Dan is-sentiment espress f’artikli ta’ żewġ opinjonisti ewlenin fuq il-gazzetta “MaltaToday” tal-Ħadd.

B’ton skjett iżda meqjus, l-opinjonista Michael Falzon irrikonoxxa ħidmet il-Prim Ministru Malti biex intlaħaq dan il-ftehim, biex filwaqt li fuq il-Fosos tal-Furjana eluf kienu qed igawdu l-kunċert tal-Isle of MTV, ftit passi ’l bogħod kienu qed jiġu salvati l-ħajjiet.

Falzon kellu wkoll messaġġ għal dawk li jaħsbu li b’din id-deċiżjoni, il-Prim Ministru wera kemm hu dgħajjef.

“Those who think Muscat showed weakness when he brokered this ad hoc solution, are completely off the mark” – kiteb Falzon.

F’artiklu dettaljat ta’ żewġ paġni, l-opinjonista James Debono ddeskriva lil Joseph Muscat bħala “statesman”, u qal li bħalma ġieli wera fil-passat, reġa’ wera l-kapaċitajiet tiegħu fin-negozjar u minn sitwazzjoni diffiċli ħareġ bħala player fil-politika Ewropea.

Dan kollu għal darb’oħra juri li huwa fil-mumenti l-iżjed diffiċli li joħroġ ċar is-sens ta’ tmexxija.

Meta ħadd ma sab soluzzjoni u l-kwistjoni bdiet tingħata l-ġenb, kien il-Prim Ministru Malti li ħa t-tmun u sab soluzzjoni li salvat ħajjet mijiet ta’ persuni.

Biex isem Muscat se jibqa’ mnaqqax fl-istorja bħala l-ewwel mexxej ta’ Stat Membru li rnexxielu jikkonvinċi mexxejja oħra – inkluż dak tan-Norveġja li mhuwiex fl-Unjoni Ewropea, jingħaqdu miegħu fi ftehim li għamel differenza f’ħajjet in-nies.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend