Jeħilsuha ħafif wara li sploda ċilindru tal-gass f'residenza fil-Kappara | One News

Notifiki

Jeħilsuha ħafif wara li sploda ċilindru tal-gass f’residenza fil-Kappara

Ħadd ma ndarab wara li sploda ċilindru tal-gass li kien qed jintuża ma’ barbeque fil-Kappara.L-inċident seħħ għall-ħabta tas-13:15 f’residenza privata fi Triq Monsinjur Emanuel Debono fil-Kappara bil-persuni li kienu fir-residenza ħarġu mir-residenza kif semgħu ħoss żgħir fejn fortunatament kien malli ħarġu li seħħet splużjoni akbar tant li qerdet il-barbeque.
Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu f’dan il-każ.
Fortunatament ħadd ma ndarab f’dan l-inċident.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend