Malta fost l-iktar pajjizi li timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea | One News

Notifiki

Malta fost l-iktar pajjizi li timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea

Malta huwa r-raba’ l-aktar pajjiż Ewropew li fl-aħħar ħames snin implimenta rakkomondazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

Dan skont studju tal-istituzzjoni “Bruegel”, li analizza lill-pajjiżi Ewropej u kemm jimplimentaw dak li tissuġġerixxi l-Unjoni Ewropea.

Huma biss il-Fillandja, l-Ingilterra u s-Slovenja, il-pajjiżi li implimentaw rakkomondazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea aktar minn Malta.

Magħrufa għal kemm ma tħares lejn wiċċ ħadd, “Bruegel” innotat progress qawwi riżultat ta’ miżuri li ttieħdu bħas-servizz ta’ childcare b’xejn, u oħrajn fil-qasam finanzjarju.

Fi sfond ta’ ħidma bla preċedent minn Gvern Laburista, il-Ministru għall-Finanzi l-Professur Edward Scicluna qal li dan ir-riżultat huwa wieħed mistħoqq.

Aħna mill-bidu nett konna fil-programm elettorali konna għidna li dak kollu li rridu nagħmlu qed jaqblu magħna l-Kummissjoni. Lill-Gvern l-ieħor kienu ilhom jgħidulhom li Malta tiddependi kompletament fuq iż-żejt, li l-parteċipazzjoni tan-nisa kienet fost l-iżjed baxxa, li l-Qrati jieħdu ż-żmien u oħrajn u aħna dak kien il-programm tagħna u allura implimentajnihom b’suċċess u kien hemm rakkomondazzjonijiet oħrajn li aħna kif wera l-istudju, konna fost l-ewwel li nimplimentaw.

Il-Ministru Scicluna saħaq dwar l-importanza tal-bilanċ biex pajjiżna ħareġ mill-proċedura ta’ defiċit eċċessiv.

F’dan il-kuntest, u r-riżultat ta’ “Bruegel”, innota li kien hemm diversi rakkomondazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, li mingħajr biżà, il-Gvern qal li ma qabilx magħhom.

Aħna riedu jneħħulna l-COLA għax qalu li hija inflazzjonarja u perikoluża pero mhijhiex. Aħna bil-paċenzja u nispjegaw urejna u kkonvinċejna lill-Kummissjoni filfatt neħħietha minn fost ir-rakkomandazzjonijiet fiż-żmien li għadda wara.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend