Jibdew il-provi għall-X Factor Malta | One News

Notifiki

Jibdew il-provi għall-X Factor Malta

Il-paġna uffiċjali tal-X Factor Malta fuq Facebook ħabbret li llum l-Maltin għandhom iċ-ċans jibdew jsemmgħu t-talent tagħhom tal-kant quddiem il-produtturi tal-programm.  Dan hekk kif tul il-jum tas-Sibt se jkun hemm żewġ booths fejn ser ikunu qed isiru l-ewwel auditions għall-programm.

L-auditions tul il-jum tas-Sibt ser ikunu qed isiru ġol-istabiliment tal-PAVI  u fil-Belt Valletta quddiem il-Parlament bejn id-9.00 u 12.00.

Il-kompetizzjoni ta’ ‘X Factor Malta’ se tkun qed tixxandar fuq l-istazzjon nazzjonali u se tkun qed tara r-rebbieħ jingħata kuntratt mal-kumpanija SONY.

SONY Music għandha artisti ta’ fama mondjali affilijati magħha fosthom Justin Timberlake, Cabilla Cabello u DJ Khaled.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend