It-tim nazzjonali Malti tal-basketball tan-nisa jikkwalifikaw għas-semi finali fl-Irlanda | One News

Notifiki

It-tim nazzjonali Malti tal-basketball tan-nisa jikkwalifikaw għas-semi finali fl-Irlanda

It-tim nazzjonali Malti tal-basketball tan-nisa rnexxielhom jikkwalifikaw għal-logħob tas-semi finali li qed isiru fid-Danimarka.

Bħalissa dan il-grupp ta’ 12-il tfajla qegħdin jipparteċipaw fiċ-Championship Ewropew tan-Nisa għall-Pajjiżi ż-żgħar.

Intant, illejla mistennija li jilgħabu kontra l-Lussemburgu.

F’każ li jirbħu, l-logħoba li jmiss tkun kontra d-Danimarka jew in-Norveġja.

Sadanittant, it-tim nazzjonali Malti tal-irġiel ukoll jinsab fis-semi finali taċ-Championships tal-pajjiżi ż-żgħar Ewropej liema logħob qiegħed jiġi organizzat f’San Marino fejn illejla mistennija li jilagħbu kontra Ġibiltà.

F’każ ta’ rebħa, it-tim tal-irġiel ikun imissu jilgħab kontra n-Norveġja jew l-Irlanda.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend