ARA: Il-Prim Ministru jżur il-maratona tal-volleyball – One News

Notifiki

ARA: Il-Prim Ministru jżur il-maratona tal-volleyball

Is-Sibt filgħodu, il-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat żar il-Maratona ta’ tlieta u ħamsin siegħa volleyball b’risq id-dar tal-Providenza fis-Siġġiewi.

Matul iż-żjara l-Prim Ministru faħħar lill dawk kollha li għenu jorganiżżaw din l-attività u saħansitra ħa ritratt tal-okkażjoni maż-żewġ timijiet li kienu qed jilgħabu.

One News tkellem ma wħud mill-parteċipanti li qed jieħdu sehem f’din il-maratona u kif ħejjew għal dan l-ammont twil ta’ sigħat.

Din is-sena wkoll ser ikunu qed jieħdu sehem parteċipanti barranin. Antonia Sieber ġiet mill-Ġermanja sabiex tagħti il-kontribut tagħha u fl-istess ħin tipprattika l-passatemp tagħha.

Jesmond Saliba wieħed mill-organizzaturi tenna wkoll li apparti mill-logħob li ser ikun qed jintlagħab, ser ikun hemm attivitajiet oħrajn għall-familja kollha.

L-ispirtu li jkun hawn huwa xi ħaġa unika għaliex inkunu qegħdin l-ewwel nett niġbru fondi mportanti għad-dar tal-Providenza. Pero’ iktar minn hekk noħolqu dik l-atmosfera ta’ festa għar-residenti li għandna hawnekk ġewwa d-dar tal-Providenza.

Din hija l-għaxar edizzjoni ta’ din il-maratona u tintemm il-Ħadd filgħaxija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend