ARA: 34 liġi ġdida fl-ewwel sena tal-leġislatura | One News

Notifiki

ARA: 34 liġi ġdida fl-ewwel sena tal-leġislatura

Fl-ewwel sena ta’ din il-leġiżlatura, l-Parlament diġa’ approva erbgħa u tletin liġi ġdida u qabel il-Parlament jaġġorna għall-btajjel tas-sajf il-ġimgħa d-dieħla, dawn mistennija jibqgħu jiżdiedu.

Iċ-ċermen tal-kumitat għall-abbozzi ta’ liġijiet Stefan Zrinzo Azzopardi, li mexxa laqgħat li ma qatgħu xejn u ħadu sigħat twal minħabba l-ammont kbir ta’ liġijiet li riedu jkunu skrutinizzati, tkellem dwar dan ma’ ONE NEWS

Kienet sena li fiha tressqu diversi liġijiet u liġijiet importanti. Kien hemm dibattiti mqanqla ħafna b’mod evidenti fejn kien hemm pożizzjonijiet drastikament kuntrarji fil-parlament. Bħalma kien hemm f’dak li għandu x’jaqsam dwar il-liġi tal-vjolenza domestika fejn kellek l-oppożizzjoni li spiċċat ivvotat kontra din il-liġi. Kien hemm pożizzjonijiet kuntrastanti wkoll dwar il-liġi tal-IVF.

Saħansitra kien hemm mumenti fejn l-Parlament kellu żewġ kumitati janalizzaw il-liġijiet b’dak estiż jitmexxa minn Glenn Bedingfield.

Ta’ min jgħid li fil-kumitat issir diskussjoni fejn il-liġi tingħata l-aħħar irtokki u jsir l-aħħar xogħol qabel dan isir att tal-parlament.

Il-kumitat għall-kunsiderazzjoni tal-abbozzi fih issir d-diskussjoni meta ngħidu li l-liġi se tgħaddi fi stadju ta’ kumitat. Hemm ikun hemm id-diskussjoni dwar id-dettall ta’ dik il-liġi fejn inħarsu bir-reqqa lejn l-abbozz ta’ liġi li jkun ġie ppreżentat lill-parlament, fejn isiru emendi u diskussjonijiet biex naraw dak li qed nifhmu li għandha tgħid u tipproponi l-liġi jkun bl-iktar mod ċar u li jinftiehem. Dan għax fl-aħħar mill-aħħar dawn il-liġijiet iridu jkunu implimentati.

Mitlub jgħid liema hi l-iktar liġi għall-qalbu minn dawk kollha li ddiskutew u għaddew, Zrinzo Azzopardi qal li din mhux mistoqsija faċli tweġibha.

Għax kien hemm diversi liġijiet ta’ importanza massima illi ħolqu u qed joħolqu bidliet importanti f’pajjiżna naħseb waħda mill-iktar bidliet radikali f’pjjiżna kienet dik li permezz tagħha żgħażagħ ta’ 16 –il sena mhux biss se jkollhom vuċi imma se jkollhom il-jedd li jkunu parti jieħdu sehem fl-ikbar deċiżjonijiet li jieħu pajjiżna.

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Send this to a friend