Żieda fin-nefqa fuq servizzi lil pazjenti f'Monte Carmeli | One News

Notifiki

Żieda fin-nefqa fuq servizzi lil pazjenti f’Monte Carmeli

 

Matul is-sena li għaddiet, in-nefqa fuq servizzi lil pazjenti li jkunu għall-kura fl-Isptar Monte Carmeli amont għal wieħed u tletin punt ħames miljun ewro. Żieda ta’ aktar minn erba’ miljuni fuq in-nefqa tas-sena ta’ qabel.

Fl-istess waqt iż-żieda fin-nefqa li għamel il-gvern fil-qasam tas-saħħa mentali kienet tlaħħaq aktar minn ħamsa punt ħames miljun ewro.

 

Tagħrif mogħti fil-Parlament dwar in-nefqa tal-Gvern fil-kura għas-saħħa mentali kompla juri l-impenn tal-gvern f’dan il-qasam.

Id-deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal ma’ ONE News li l-Gvern qed jaħdem fuq pjan nazzjonali dwar is-saħħa mentali bis-sehem ta’ BARTS U l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa. Proġett li fost l-oħrajn jinkludi rinovazzjoni tal-Isptar Monte Carmeli kif ukoll il-bini ta’ sptar mentali ġdid f’Mater Dei.

Iż-żieda fin-nefqa bejn l-2016 u l-2017 kienet maqsuma wkoll fuq servizzi fil-komunità fejn hawnhekk l-ispiża totali amontat għal aktar minn disa’ miljun ewro.

Dan ukoll bil-ftuħ ta’ żewġ hostels ġodda, Dar il-Merrill għall-irġiel u Dar Rubbery għan-nisa, bil-għan li jipprovdu akkomodazzjoni rijabilitattiva b’sapport ta’ 24 siegħa kuljum.

Barra minn hekk, is-servizzi tad-Day and Mental Health Clinics fl-elfejn u sbatax swew aktar minn tmien miljun ewro – żieda ta’ aktar minn miljun ewro fuq is-sena ta’ qabel.

Il-Ministru Fearne qal li din il-ħidma kontinwa turi l-impenn tal-Gvern f’dan il-qasam tant delikat; u l-impenn tiegħu li jkompli jiżviluppa u jinvesti fis-settur tas-saħħa mentali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend