Jingħata bidu għall-għaxar edizzjoni tal-Maratona Tal-Voleyball fid-Dar tal-Providenza | One News

Notifiki

Jingħata bidu għall-għaxar edizzjoni tal-Maratona Tal-Voleyball fid-Dar tal-Providenza

Mad-daqq tal-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta, il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca tat bidu għall-għaxar edizzjoni tal-Maratona Tal-Voleyball fid-Dar tal-Providenza.

Il-Maratona hija twila tlieta u ħamsin siegħa u mistennija tispiċċa nhar il-Ħadd fil-disgħa u nofs ta’ filgħaxija.

Hekk kif id-dar tal-Providenza tonfoq madwar tnax-il elf ewro kuljum biex  topera, din il-maratona annwali toffri għajnuna siewja ħafna.

Is-sena l-oħra s-somma miġbura kienet tammonta għal iżjed minn tliet mitt elf ewro.

Din is-sena madwar tmenin atleta offrew li jieħdu sehem fil-maratona.

Ma’ dawn qed jaħdem ukoll tim ta’ madwar mitejn volontier biex din il-maratona terġa’ tkun ta’ suċċess.  Nisimgħu issa l-ewwel kummenti tad-direttur tad-Dar tal-Providenza, Fr.Martin Micallef hekk kif bdiet din il-maratona.

Il-President ta’ Malta saħqet fuq l-importanza u s-sabiħ tal-volontarjat. Dan filwaqt li tat donazzjoni mill-Malta Community Chest Fund.
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend