Tfajla ta' 19-il sena taqa' minn xarabank fil-Gżira | One News

Notifiki

Tfajla ta’ 19-il sena taqa’ minn xarabank fil-Gżira

Tfajla Norveġiża ta’ 19-il sena ttieħdet l-isptar Mater Dei wara li ġarrbet xi ġrieħi minħabba li waqgħet minn xarabank. L-inċident seħħ fix-xatt tal-Gżira għall-ħabta tas-1.30 ta’ waranofsinhar.

Huwa allegat li t-tfajla kienet qed isserraħ mal-bieba tax-xarabank meta din infetħet biex jinżlu n-nies, fejn imbagħad waqgħet u ħabtet rasha.

Il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.

Aktar dettalji malli jaslulna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend