Sebastjan – 255 A.D-288 A.D – Dramm f'Ħal Qormi | One News

Notifiki

Sebastjan – 255 A.D-288 A.D – Dramm f’Ħal Qormi

Id-Drama Pageant Group, Qormi San Sebastjan bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali Ħal Qormi, jippreżentaw; “Sebastjan – 255A.D. ~ 288 A.D.”

Spettaklu dwar il-ħajja ta’ San Sebastjan Martri, imżewwaq u mżejjen b’vestwarju mill-isbaħ awtentiku għall-epoka Rumana, b’kitba u direzzjoni ta’ Sebastian Aquilina.

L-istorja ser tidħol aktar fil-qrib lejn it-twelid u t-tfulija ta’ Sebastjan, flimkien ma’ omm u missier tal-istess qaddis. Flimkien nesperjenzaw il-ħajja tiegħu bħala ċenturjun tal-gwardja Rumana, u l-missjoni tiegħu ma’ ħutu l-Insara. Naraw ukoll x’jiġri mill-istess insara wara l-mewt ta’ Sebastjan. Sagħtejn ta’ spettaklu li żgur ħadd ma għandu jitlef kemm bħala produzzjoni kif ukoll bħala ġieħ u qima lejn dan il-qaddis.

It-Tnejn 2 ta’ Lulju 2018, fit-8:30 ta’ filgħaxija. Fuq iz-Zuntier tal-Knisja Parrokkjali, San Sebastjan Ħal Qormi.

Biljetti: 99271027 – 79092963 jew minn ħdejn iz-zuntier qabel ir-rappreżentazzjoni.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend