Aġġornat: Ir-raġel li nstab mejjet f’Marsaskala huwa Taljan – One News

Notifiki

Aġġornat: Ir-raġel li nstab mejjet f’Marsaskala huwa Taljan

Il-pulizija qed tinvestiga sejba ta’ raġel mejjet fl-inħawi taż-Żonqor f’Wied il-Għajn. Ir-raġel huwa ta’ nazzjonalità Taljana u għandu 44 sena.

Kien għall-ħabta tal-10.30 ta’ dalgħodu li l-pulizija ġiet mgħarrfa li kien hemm bżonnl-assistenza tagħha wara li ġie nnutat raġel mitluq mal-art.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti lill-vittma iżda sfortunatament huwa ġie ċċertifikat mejjet.

Bil-każ  ġiet  infurmata  l-Maġistrat  tal-Għassa  Dr  M  Farrugia  li  ħatret  diversi  esperti  sabiex jassistuha  fl-inkjesta  li  ġiet  appuntata  filwaqt  li  mistennija  ssir  awtopsja  fuq  il-katavru  sabiex  tiġi stabbilita l-kawża tal-mewt.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend