ARA: Jingħata l-aħħar tislima Boris Cini – Il-vittma tal-inċident tal-Ħadd li għadda | One News

Notifiki

ARA: Jingħata l-aħħar tislima Boris Cini – Il-vittma tal-inċident tal-Ħadd li għadda

Fi Knisja mimlija bin-nies, ingħata l-aħħar tislima Boris Cini li ta’ 43 sena ħasadlu ħajtu inċident b’mutur nhar il-Ħadd li għadda taħt il-mini tal-Università.

Iċ-ċerimonja saret fil-kappella ta’San Girgor fiż-Żejtun fejn viżibilment emozzjonati, dawk preżenti semgħu lis-saċerdot jfakkar il-memorja ta’ Boris fejn iddeskrivih bħala ġentlom li l-preżenza tiegħu kienet iġġib magħha l-ferħ.

Preżenti għaċ-ċerimonja kien hemm għadd ta’ ħbieb ta’ Boris fosthom il-kantant tal-Winter Moods Ivan Grech li anima ċ-ċerimonja b’kant ta’ tislima.

Is-saċerdot ma naqasx li jinkludi fit-talb tiegħu lill-mara li kienet riekba mal-vittma fuq il-mutur li sa issa għada qed tiġġieled għal ħajjitha fl-Isptar Mater Dei.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend