ARA: Investiment ta’ €600,000 mill-MITA fis-settur tal-informatika u t-teknoloġija – One News

Notifiki

ARA: Investiment ta’ €600,000 mill-MITA fis-settur tal-informatika u t-teknoloġija

F’għeluq l-għaxar snin tagħha din is-sena il-MITA ser tkun qed tinvesti total ta’ €600,000 u sabet xogħol fis-sajf għal 370 student grazzi għall-inizjattiva tal-iStudent Placement Programme fi ħdan is-settur tal-informazzjoni teknoloġika.

Tul l-aħħar erba’ snin il-MITA investiet total ta’ 1.9miljun ewro u offriet 1,300 post tax-xogħol.

Iċ-ċermen eżekuttiv tal-MITA is-Sur Tony Sultana tenna li l-iStudent Placement Programme jipprovdi lil ħafna studenti fil-qasam tal-informatika b’opportunita li jippratikaw u jitfgħu fil-prattika dak l-istudjaw. B’hekk huma wkoll jakkwistaw esperjenza fuq il-post tax-xogħol.

Min iħaddem ukoll ser igawdi minn dan il-programm hekk kif ikun qed jimpjega studenti ħabrieka bl-aqwa u l-aħħar studji fuq is-settur.

Preżenti sabiex jiltaqa’ ma’ wħud minn dawn l-istudenti, is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri faħħar dan l-investiment u tenna li dan il-programm huwa xhieda tas-suċċess li għaddej minnhu pajjiżna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend