Il-Qorti tal-appell laqgħet id-deċiżjnoni tal-Awtorità tal-Ippjanar, u annullat erba’ deċiżjonijiet meħuda mit-Tribunal għall-Ambjent u l-Ippjanar.
Il-Qorti tat raġun lill-Awtorità tal-Ippjanar dwar l-azzjonijiet ta’ infurzar li ħarġet fil-konfront tas-siti tal-Jerma f’Marsaskala, u tal-Mistra Village Holiday Complex fix-Xemxija, fl-2016. Dan biex is-sidien taż-żewġ siti jaraw li l-postijiet abbandunati ma jkunux ta’ periklu għan-nies.
Fl-istess waqt il-Qorti tat raġun ukoll lill-Awtorità, talli ma ħarġitx permess biex isir bini fuq art Barra moż-Żona tal-Iżvilupp, għal bini ta’ tletin maħżen f’Ħal Kirkop.
Ir-raba’ każ jittratta ż-żarmar tal-barriera Ta’ Dmejrek fis-Siġġiewi, fejn l-Awtorità ddeċidiet li għandha tiżżarma.
Il-każi mxew quddiem il-Qorti tal-Appell wara li l-Awtorità appellat mis-sentenza tat-Tribunal.
Fi stqarrija l-awtorita qalet li l-każijiet se jerġgħu jinstemgħu mit-Tribunal fejn se tittieħed deċiżjoni finali.