Favur relazzjonijiet aktar b'saħħithom ta' kummerċ bejn Malta u l-Alġerija | One News

Notifiki

Favur relazzjonijiet aktar b’saħħithom ta’ kummerċ bejn Malta u l-Alġerija

Il-Ministeru għall-Promozzjoni tal-Kummerċ flimkien ma’ TradeMalta organizza konferenza favur kummerċ fl-Alġerija. L-għan ta’ din il-konferenza huwa sabiex intraprendituri Maltin ikunu jistgħu jirċievu informazzjoni dwar is-suq f’dan il-pajjiż speċjalment dwar opportunitajiet ta’ negozju li jeżistu.

Anton Buttieġieġ, il-Kap Eżekuttiv ta’ Trade Malta tkellem fuq is-sapport li tagħti l-aġenzija kontinwament. Dan ukoll permezz ta’ konsulent kummerċjali li joffri l-informazzjoni meħtieġa dwar is-suq fl-Alġerija.

Il-Ministru Carmelo Abela tkellem dwar l-importanza tar-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi li ilhom jikkoperaw flimkien mill-1975. Spjega kif il-Ministeru tiegħu qiegħed hemm biex jgħin lill-intraprendituri billi jiffaċilitaw il-proċess sabiex kumpaniji Maltin ikunu jistgħu jimirħu barra l-pajjiż. Il-Ministru Abela tkellem dwar kif Malta toffri kredibiltà hekk kif l-ekonomija tal-pajjiż kontinwament qed tissaħħaħ grazzi għaż-żieda fl-investiment.

Preżenti għal dan il-forum kien hemm ukoll l-Ambaxxatriċi ta’ Malta fl-Alġerija kif ukoll l-Ambaxxatur tal-Alġerja f’Malta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend