Esebizzjon b’differenza mill-Valletta 2018. – One News

Notifiki

Esebizzjon b’differenza mill-Valletta 2018.

Esebizzjini tal-arti b’differenza li tigi għandek minflok tmur taraha. Din hija inizjattiva tal-fondazzjoni Valletta 2018 li flimkien ma’ żewġ artisti minn Vienna, Willi Dorner u Lisa Rastl nedew l-esebizzjoni Square.

L-għan huwa li tenfasizza r-realtajiet tal-ispazju f’arċipelagu żgħir ta’ gżejjer mimli b’ħafna nies bħal Malta li għandha waħda mill-ogħla rati ta’ densitajiet fil-popolazzjoni fid-dinja kollha. Il-kwadru huwa magħmul ninn nies anonimizzati li jirrapreżentaw mod ta’ għajxien f’unità b’popolazzjoni densa.

Din il-wirja fotografika mobbli se tkun qed tivvjaġġa fuq tal-linji magħżula, billboards fl-Imsida u l-Marsa kif ukoll fuq is-sit tal-kostruzzjoni ta’ MUZA fil-Belt Valletta.

L-esebizzjoni toħroġ fit-toroq fid-29 ta’ Ġunju.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend