Direttur ġdid għal Missio Malta | One News

Notifiki

Direttur ġdid għal Missio Malta

Il-Kongregazzjoni għall-Evanġelizzazzjoni tal-Popli tas-Santa Sede ħatret lil Mons. Valentino Borg bħala direttur ġdid ta’ MISSIO Malta (l-Opri Missjunarji Pontifiċji) għall-ħames snin li ġejjin (2018-2023).

Il-MISSIO għandu l-għan li jgħin lill-Papa fit-tixrid tal-ispirtu missjunarju fost il-qassisin, reliġjużi, adulti u tfal u jinkoraġġixxi l-għajnuna lill-foqra permezz ta’ għajnuna finanzjarja għal proġetti f’pajjiżi tat-Tielet Dinja. Il-MISSIO jieħu ħsieb ukoll ix-xandir tal-Kelma ta’ Alla f’dawk il-pajjiżi li qatt ma ġew evanġelizzati.

Mons. Valentino Borg twieled fid-29 ta’ Diċembru 1954. Huwa rċieva l-edukazzjoni primarja fl-iskola ta’ Raħal Ġdid, l-edukazzjoni sekondarja fis-Seminarju tal-Arċisqof, u kompla l-istudji terzjarji (Filosofija u Teoloġija) fil-Fakultà tat-Teoloġija, fis-Seminarju, Tal-Virtù.

Dun Valentino ġie ordnat saċerdot fil-11 ta’ Lulju 1981. Beda l-ħidma pastorali tiegħu bħala viċi kappillan fil-parroċċa ta’ Ħal Tarxien (1981-1995), bħala kappillan fil-parroċċi ta’ Ħal Għargħur (1995-1998), l-Imġarr (1998-2003), l-Imsida (2003-2006) u Ħal Kirkop (2015-2017).

Dun Valentino ħadem ukoll bħala għalliem tar-reliġjon fis-Seminarju tal-Arċisqof u bħala religious councellor f’diversi skejjel tal-Istat. Serva bħala Delegat tal-Arċisqof fis-Segretarjat tal-Liturġija, Ċerimonjier Djoċesan, Segretarju Amministrattiv fil-Kurja tal-Arċisqof, Direttur Nazzjonali tal-Abbatini u Direttur tad-Djar tal-Anzjani.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend