170 student tal-mediċina laħqu tobba. Kienu bosta żgħażagħ kif ukoll studenti Maltin u barranin li ddominaw il-midja soċjali b’posts ta’ ċelebrazzjonijiet illi għaddew mill-eżamijiet finali wara ħames snin ta’ studju ntensiv.
Apparti mill-ferħa għas-suċċess li kisbu fl-eżamijiet, dawn it-tobba friski qegħdin iduru fit-toroq Maltin sabiex jiċċelebraw dan il-jum tant speċjali għalihom li ser jagħti bidu għall-karriera medika tagħhom.
One.com.mt jawgura lil dawn it-tobba ġodda l-aqwa suċċess għall-vokazzjoni li għażlu li ser taffettwa għall-aħjar ħajjet il-pazjenti.