Tfajla Maltija f'laqgħa mar-Reġina u Meghan Markle | One News

Notifiki

Tfajla Maltija f’laqgħa mar-Reġina u Meghan Markle

Tfajla Maltija ingħatat l-unur mgħoti mir-Reġina Elizabetta t-Tieni bħala sinjal ta’ rikonoxximent għall-ġid li għamlet fil-komunita’ f’Malta Martina Caruana li tinsab fl-aħħar sena tal-kors tal-liġi fl-Universita ta’ Malta irċeviet il-Queen’s Young Leader Award wara li rnexxiela twaqqaf il-group Network of Young Women Leaders bil-għan li toħloq kuxjenza kif ukoll tegħleb l-isfidi li jaffaċċjaw tfajliet u nisa li qed jaspiraw li jkunu mexxejja.

Waqt iċ-ċerimonja tat-tqassim tal-unuri li saret fil-Palazz ta’ Buckingham f’Londra, Martina Caruana rnexxielha tiltaqa’ personalment mar-Reġina Elizabetta t-Tieni kif ukoll mal-miżżewġin friski d-Duka u d-Dukessa ta; Sussex Harry u Meghan Markle.

Dan l-unur prestiġġjuż li ilu jingħata għal dawn l-aħħar erba snin sa mis-sena 2014, jippremja liż-żgħażagħ li għandhom bejn it-18 u d-29 sena u li jgħixu f’pajjiżi tal-Commonwealth li minn rajhom jieħdu l-inizjattiva sabiex imexxu l-komunitajiet tagħhom u fl-istess waqt jużsw il-ħiliet tagħhom sabiex ikunu ta’ differenza għall-ħajjet niess oħra. Ir-rebbieħa ta’ dan l-unur prestiġjuż jingħataw taħriġ, monitoraġġ kif ukoll jipparteċipaw f’lagħqat ma’ nies oħra waqt iż-żjata ta’ ġimgħa li jkunu qegħdin jagħmlu f’Londra qabel ma jirċievu dan l-unur prestiġjuż mgħoti lilhom mir-Reġina Elizabetta t-Tieni.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend