Approvati mill-istadju tat-tieni qari tliet liġijiet dwar il-blockchain u l-cryptocurrency | One News

Notifiki

Approvati mill-istadju tat-tieni qari tliet liġijiet dwar il-blockchain u l-cryptocurrency

Ilbieraħ fil-Parlament, is-Segretarju Parlamentari, Silvio Schembri ħabbar li Stephen Mc Carthy ser jinħatar bħala l-ewwel Kap Eżekuttiv tal-Awtoritá tal-Innovazzjoni Diġitali Maltija li ser tirregola s-settur tat-teknoloġija emerġenti.

Il-liġijiet li ser jirregolaw dan is-settur għaddew mill-istadju tat-tieni qari fil-parlament u qegħdin ftit biss ‘il bogħod sakemm jidħlu fis-seħħ. Il-liġijiet ser jikkontrollaw is-settur ta’ disruptive ledger technologies bħal blockchain u Malta diġa’ qiegħda tattira numru ta’ kumpanija internazzjonali li għandhom ħsieb jirrilokaw f’Malta.

L-Awtoritá ser tieħu ħsieb tirregola l-qafas tas-sistema regolatorja li ser tassigura serħan il-moħħ lill-klijenti kif ukoll investituri permezz ta’ sistema trasparenti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend