FILMATI: Eluf jattendu għall-Isle of MTV | One News

Notifiki

FILMATI: Eluf jattendu għall-Isle of MTV

Jibdew il-prestazzjonijiet preliminari fuq il-Fosos waqt l-akbar kunċert tas-sena.

Il-folla qiegħda tinġabar bi ħġara fuq il-Fosos u mijiet oħra mistennija jingħaqdu mal-folla fil-ħin li ġej.

Kif inhu mistenni minn avveniment bħal dan, inħoloq naqra traffiku lejn l-inħawi tal-Marsa, Ħamrun kif ukoll il-Belt Valletta.

Il-Fosos innifsu huwa magħluq u n-nies jistgħu jidħlu permezz ta’ ticket apposta għall-Isle of MTV.

“Illejla niċċelebraw id-diversitá.” Dan saħqitu l-kantanta Maltija Christabelle, li kantat id-diska ‘Taboo’ li rrappreżentat lil Malta biha fil-Portugall.

 

 

Ritratti u filmat: Kimberley Portelli

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend