ARA: L-artisti intervistati ftit sigħat qabel l-Isle of MTV | One News

Notifiki

ARA: L-artisti intervistati ftit sigħat qabel l-Isle of MTV

Emma Muscat ħabbret l-isem tal-album ġdid tagħha, ‘Memories’ li ser toħroġ nhar is-6 ta’ Lulju li ġej. Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet b’rabta mal-akbar kunċert f’Malta – Isle of MTV, Emma Muscat qalet li kull kanzunetta li fih dan l-album jorbot miegħu l-memorji. Ma’ one.com.mt, Muscat semmiet li minkejja li għandha bosta impenji fl-Italja, hi tħossha kburija li tinsab lura f’art twelidha.

“Malta hija ġenna tal-art għall-wirjiet ta’ spettaklu ta’ mużika.” Hekk saħaq l-istilla tal-mużika Jason Derulo li jinsab f’Malta għat-tieni darba sabiex joffri spettaklu sħiħ ta’ divertiment mżewwaq b’daqq ta’ mużika u korjografija unika waqt din l-edizzjoni tal-Isle of MTV li ser jittella’ illejla fuq il-Fosos tal-Furjana.

“Inħossni kuntenta li qiegħda Malta fejn għandi dixxendenzi minn ġo din il-gżira.” Hekk saħqet l-artista Ella Eyre li ser tipparteċipa fl-Isle of MTV fejn indikat li l-ikel tipiku Malti favorit tagħha huma l-pastizzi.

Ritratti: Kimberley Portelli

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend