AĠĠORNAT: Tifla ta' sentejn f'qagħda gravi wara li waqgħet f'pixxina fix-Xagħra Għawdex | One News

AĠĠORNAT: Tifla ta’ sentejn f’qagħda gravi wara li waqgħet f’pixxina fix-Xagħra Għawdex

Tinsab f’qagħda gravi it-tifla ta’ sentejn, li sabet ruħha f’diffikultà waqt li kienet qiegħda tgħum fi swimming pool ta’ residenza privata fix-Xagħra f’Għawdex.

One.com.mt jinsab informat li l-każ seħħ għall-ħabta tal-10.00 a.m. meta għal xi raġuni t-tifla imwielda Għawdex waqgħet fil-pixxina. Ambulanza ħadet lit-tifla l-isptar u ttieħdet immedjatament fl-emerġenza tal-isptar Ġenerali t’Għawdex fejn ġiet ċċertifikat li kienet tinsab f’qagħda kritika.

Il-vittma mistennija tiġi trasferita ġewwa l-isptar Mater Dei.

Il-pulizija tad-distrett t’Għawdex qed tinvestiga l-każ. Il-Maġistrat tal-Għassa,Dr J. Vella Cuschieri ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend