Id-deputat Prim Ministru tat-Tajlandja qal li jinsab ottimist li grupp ta’ plejers tal-futbol żgħażagħ li nqabdu f’għar, għadhom ħajjin.
Dan intqal hekk kif it-tfittxija daħlet fit-tielet jum tagħha. Is-subien li għandhom bejn il-ħdax u sittax-il sena kienu flimkien mal-kowċ tagħhom ta’ ħamsa u għoxrin sena meta s-Sibt waranofsinhar daħlu fl-għar bl-isem ta’ Tham Luang Nang Non.
Il-ħaddiema ta’ salvataġġ daħlu jfittxuhom fl-għar is-Sibt filgħaxija wara li kienu rrapurtati nieqsa.