Il-Fosos tal-Floriana jinsabu prattikament lesti biex għada jilqgħu eluf kbar ta’ Malta u turisti għall-akbar kunċert mużikali tas-sajf f’pajjiżna – l-Isle of MTV.
It-tlieta filgħodu għadd ta’ ħaddiema kienu għaddejjin bl-aħħar irtokki fuq il-palk li minn fuqu se jkantaw u jtellgħu spettaklu l-aqwa artisti internazzjonali kif ukoll artisti lokali.
Fosthom Jason Derulo, Hailee Steinfeld, Sigala, Paloma Faith, Ella Eyre, Dimitri Vegas u Like Mike. Magħhom jingħaqdu ukoll Christabelle u Emma Muscat.
Russell Samuel Viċi President tal-Viacom fisser l-entuzjazmu u sodisfazzjoni tal-MTV li għat-tnax-il sena se jerġgħu jtellgħu dan il-kunċert f’pajjizna.
It-Tlieta filgħodu l-Ministru għat-turizmu Konrad Mizzi mar fuq il-Fosos tal-Floriana fejn ħabbar innovazzjonijiet ġodda għall-Isle of MTV ta’ din is-sena.
Fosthom li l-kunċert tal-Isle of MTV ta’ din is-sena se jkun qiegħed jixxandar b’mod dirett fuq għaxar stazzjonijiet tal-MTV, fejn se jiġi segwiet f’sebgħin miljun dar.
Il-Ministru Konrad Mizzi qal li dan il-kunċert annwali jgħin lil malta biex tiġbed aktar żgħażagħ.
Dwar il-preparamanenti tal-kunċert, Dr Mizzi qal li ħamsa u sebgħin fil-mija tal-kuntratti għal affarijiet tal-provvista waqt l-organizzazzjoni tal-kunċert, ingħataw lill-kumpaniji maltin.
Intant, il-kunċert Isle of MTV se jerġa’ isir is-sena d-dieħla. Bid-data magħzula hija dik tas-sitta u għoxrin ta’ Ġunju.
It-trasport pubbliku mistenni jopera servizzi speċjali li jista’ jiġu estiżi sas-sagħtejn ta’ filgħodu skont il-ħtieġa.