Kap tas-sigurtà tal-fruntiera tal-Istati Uniti qal li temporanjament waqqaf it-tnedija ta’ prosekuzzjonijiet kriminali ta’ immigrant li llegalment daħlu fil-pajjiż bit-tfal.
Il-Kummissarju tal-protezzjoni tal-fruntiera, Kevin McAleenan qal li dan il-pass segwa ordni li ingħatat il-ġimgħa li għaddiet mill-President Donald Trump li sejjaħ għat-tmiem ta’ separazzjonijiet tal-familji immigranti. Dan fl-istess waqt li ssuġerixxa li l-familji minflok jinżammu flimkien f’ċentru ta’ detenzjoni.