Iweġġà gravi f'inċident f'Marsaxlokk | One News

Notifiki

Iweġġà gravi f’inċident f’Marsaxlokk

Raġel ta’ ħamsin sena sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident li seħħ fis-sagħtejn u kwart tat-Tlieta wara nofsinhar f’Marsaxlokk.

Irriżulta li l-vittma, għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu tat-tip Renault, bil-konsegwenza li daħal ġo ħajt fi Triq iż-Żejtun.

Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend