Matul il-lejl li għadda, il-Forzi Armati ta’ Malta għamlu evakwazzjoni ta’ immigrant minn fuq il-bastiment Lifeline li jinsab sorġut ‘l barra mill-kosta ta’ Malta. Huwa stmat li l-kundizzjonijiet fuq dan il-bastiment qed imorru għall-agħar.
Ilbieraħ fil-Parlament il-Prim Ministru Joseph Muscat fi stqarrija ministerjali qal li l-gvern diġa għadda għajnuna lil bastiment tliet darbiet. Fi stqarrija dalgħodu, il-Gvern qal li Malta tibqa kommessa li toffri għajnuna umanitarja lil dawk kollha li jkollhom bżonn, skont l-obbligi internazzjonali.