Il-President Franċiż Emmanuel Macron faħħar it-tmexxija ta’ Joseph Muscat fil-każ tal-MV Lifeline.
Mill-Vatikan, Macron saħaq li peress li l-Prim Ministru Malti qed imexxi l-każ tal-MV Lifeline se jħallih jagħmel stqarrijiet uffiċjali dwar dan il-każ.
Macron sostna wkoll li Franza se tieħu numru ta’ immigranti minn fuq l-MV Lifeline filwaqt li spjega li ninsabu f’Ewropa maqsuma bejn dawk progressivi u oħrajn b’ideal nazzjonalista estrem.