Khalid Ali ta’ 28 sena instab ħati li kien qed jippjana li jattakka bis-sikkina viċin 10 Downing Street. Huwa issa qed jaffaċja sentenza ta’ għomor il-ħabs wara ġuri fl-Old Bailey f’Londra, fejn instab ħati wkoll li kien fil-pussess ta’ splussiv wara li nstabu diversi marki tas-swaba tiegħu fuq diversi partijiet ta’ bombi misjuba minn truppi Amerikani fl-Afganistan.
Fil-Qorti nstema’ kif l-akkużat għamel madwar 5 snin fl-Afganistan joħloq il-bombi għat-Taliban, u kif meta rritorna lura fl-2016 beda jiġi ssorveljat mill-MI5. Hekk kif l-awtoritajiet bdew jibnu każ kontrih abbażi ta’ dawn il-provi, huwa ġie arrestat hekk kif sar magħruf li l-akkużat kien qed jippjana attakk b’mod imminenti.