Żewġ anzjani mis-Siġġiewi ttieħdu l-isptar wara ħabta fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi, is-Siġġiewi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7 ta’ filgħodumeta Hyundai Atos misjuqa minn mara ta’ 63 sena ħabtet ma’ Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 67 sena li kienu ġejjin minn direzzjoni opposta ħabtu ma’ xulxin.
Iż-żewġ persuni ttieħdu l-isptar għall-kura, bil-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.