Jekk forsi fi triqtek lejn jew lura mill-ajruport ta’ Heathrow f’Londra kont tkun miżmum b’ħafna dewmien, din possibilment se ssir xi ħaġa tal-passat.
Dan hekk kif il-membri parlamentari tar-Renju Unit appoġġjaw pjanijiet kontroversjali biex jibnu t-tielet ‘runway’ fl-ajruport ta’ Heathrow f’Londra.
Il-gvern rebaħ il-vot b’415-il vot favur u 119-il vot kontra – maġġoranza ta’ 296 vot.
Il-vot intlaqa’ tajjeb mill-grupp ta’ negozju CBI bħala deċiżjoni storika li se tiftaħ il-bibien għal era ġdida fir-relazzjonijiet kummerċjali globali tar-Renju Unit.