Maltija tikseb suċċess fil-WFF European Championships fil-Ġermanja | One News

Notifiki

Maltija tikseb suċċess fil-WFF European Championships fil-Ġermanja

Leanne Bartolo kisbet suċċess wara li ħadet sehem fil-WFF European Championships li saru fil-Ġermanja, fejn spiċċat fl-ewwel post fis-sezzjoni tal-aqwa Bikini Figure. 

Leanne kienet qed tirrappreżenta lil Malta fis-sezzjoni tad-dehra f’bikini. F’messaġġ fuq Facebook, hi spjegat kif din ir-rebħa ma tfissirx li wieħed irid jibdel id-dehra tiegħu u kemm sempliċiment jilbes bikini, iżda tfisser sagrifiċċji u tibdil fl-istil ta’ ħajja tagħha b’mod partikolari f’ikel varju u tajjeb għas-saħħa.

Leanne flimkien mal-kowċ tagħha Susan Borg ilhom jaħdmu qatigħ biex jippreperaw għal din il-kompetizzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend