Maltija tiġi fit-tieni post f'kompetizzjoni tal-qbiż taż-żwiemel fi Sqallija | One News

Notifiki

Maltija tiġi fit-tieni post f’kompetizzjoni tal-qbiż taż-żwiemel fi Sqallija

Rikkieba ta l-ekwestri Maltija għamlet suċċess f’kompetizzjoni fi Sqallija.  Din kienet l-ewwel kompetizzjoni barra minn xtutna għal Stephanie Demanuele, li ġiet fit-tieni post fil-kompetizzjoni tal-qbiż tal-metru is-Sibt 23 ta Gunju.

Stephanie Demanuele telgħet ma’ Daniel’s Equestrian Training fejn Daniel Micallef, l-għalliem tagħha, appoġġjaha u għinha matul din l-esperjenza.
Gabriella Allessandrello u Francesco Curmi qed jipprovdu l-appoġġ tagħhom lir-rikkieba Maltin billi jiprovdu il-faċilitajiet u anke iż-żwiemel tagħhom biex wieħed ikun jista’ jikkompeti barra.
L-isport tal-ekwestri f’Malta qiegħed jikber u bir-riżultati li rikkieba Maltin qed jiksbu barra minn xtutna juri illi dan l-isport għandu il-potenzjal.
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend