ARA: L-armar tal-festa ta' Ħal Luqa jġarrab ħsarat kawża tal-maltemp | One News

Notifiki

ARA: L-armar tal-festa ta’ Ħal Luqa jġarrab ħsarat kawża tal-maltemp

Il-mijiet ta’ voluntiera li jaħdmu b’tant dedikazzjoni għall-festa tar-raħal tagħhom qed jgħixu l-akbar uġigħ ta’ ras tagħhom.

Dan hekk kif il-maltemp li laqat lill-gżejjer Maltin dalgħodu affettwa l-armar tal-Paroċċi li din il-ġimgħa għandhom il-festa tar-raħal. 

Fost dawn hemm il-lokalità ta’ Ħal Luqa li nhar il-Ħadd tiċċelebra l-festa ta’ Sant’Andrija Appostlu. Joseph Piscopo, President tal-Banda Unjoni qal ma’ one.com.mt li fost il-ħsarat li saru kawża tal-maltemp hemm liedna li tqaċċtet bir-riħ u anġlu li kien armat fil-pjazza li ġarrab ħsarat estensivi wara li waqa’ bil-kolonna b’kollox.

B’dan kollu fl-isfond qed jittamaw li t-temp jaqleb għall-aħjar hekk kif illejla hemm il-ħruġ tal-istatwa ta’ Sant’Andrija min-niċċa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend