Umbrella li x’aktarx kienet magħluqa fuq bankina spiċċat taret bir-riħ għat-triq bil-konsegwenza li laqtet vettura li kienet qed tinstaq f’Tas-Sliema.
Il-maltemp li ħakem il-gżejjer Maltin dalgħodu ħalla ħerba warajh fejn fosthom l-armar tal-festa ta’ Ħal Luqa ġarrab xi ħsarat.
Żgur mhux forsi li mhux xena tas-soltu li tkun qed issuq u tara umbrella ġejja għalik mingħajr ebda lok biex tevitaha hekk kif tkun fi triq kemmxejn traffikuża.
Importanti li s-sewwieqa jsuqu bil-galbu sabiex jevitaw xi inċident hekk kif it-toroq ikunu jiżolqu.
Ritratt: David Borg