Il-kosta tal-Greċja qrib Methoni ntlaqtet minn terremot ta’ qawwa 5.5 fuq l-iskala Richter.
It-theżżiż inħass fis-sigħat ta’ filgħodu, qrib il-villaġġi magħrufa għall-arkitettura storika.
Bosta rapporti spjegaw kif it-terremot dam għal tul ta’ ħin fejn kienu bosta li kienu mħasbin għal x’konsegwenzi seta’ joħloq.
Fortunatament ma kien hemm ebda rapporti ta’ persuni midruba jew ta’ ħsarat estensivi fil-madwar.