Ġew arrestati ż-żewġ ġuvintur li nqabdu fuq kameras tas-sigurtà jivvandalizzaw għadd ta’ karozzi f’Tal Pietà.
Il-każ seħħ kmieni lbieraħ filgħodu għall-ħabta tas-5:50 ta’ filgħodu biż-żewġ ġuvintur jidhru jagħtu daqqiet ta’ sieq lill-vetturi pparkjati fi Triq ix-Xatt f’Tal-Pietà.
Fuq il-midja soċjali ntqal li ż-żewġ ġuvintur, il-lejl ta’ qabel, kienu qed idoqqu fi stabbilment fil-Belt Valletta bl-istabbilment jiddisasoċja ruħu minn dan l-inċident u jsostni li m’hemm ebda ħsieb li jerġgħu jaħdmu magħhom. Persuna li kellu l-vettura vvandalizzata, sostna li fosthom hemm madwar 10 vetturi li ġarrbu xi ħsarat bis-somma tlaħħaq sa €7,000 fi ħsarat.
Il-ġuvintur mistennija jitressqu l-Qorti għada.